Burnley 0 Manchester City 1
Gowl fl-ewwel minuti biżżejjed għal Manchester City biex f’Turf Moor, fit-33 ġurnata tal-Kampjonat, mhux biss kisbu il-21 rebħa fil-Kampjonat iżda fl-istess waqt bl-istess ammont ta’ partiti laħqu lil Arsenal fl-ewwel post tal-klassifika b’70 punt biex fil-partiti li jmiss kollox jista’ jigri għar-rebħ tal-Kampjonat.
Dan ir-riżultat kien ifisser ukoll li Burnley li minn 34 partita sofrew it-22 telfa, b’20 punt kienu relegati għal The Championship fejn ingħaqdu ma’ Wolves li dawn kienu relegati ftit tal-ġranet ilu.
Fl-ewwel azzjoni tal-partita, wara biss 5 minuti Manchester City fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Jeremy Doku kien ERLING HAALAND li bix-xellug għeleb lil Martin Dubravka.
Gowl li kien biżżejjed għal Manchester City biex telgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Arsenal.
Bournemouth 2 Leeds United 2
Partita mill-isbaħ fil-Vitality Stadium li mmaturat fit-tieni taqsima b’erba’ gowls fejn Bournemouth telgħu fis-7 post b’49 punt filwaqt li Leeds United komdi fil-15-il post b’40 punt. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima.
Fis-60 minuta minn pass ta’ Marcos Senesi kien ELI JUNIOR KROUPI li għeleb lil Karl Darlow b’Bournemouth fil-vantaġġ. Fit-68 minuta awtogowl ta’ JAMES HILL li għeleb lil Petrovic għamel l-iskor 1 – 1 . Fil-85 minuta Bournemouth mill-ġdid fil-vantaġġ permezz ta’ RAYAN minn azzjoni ta’ Tayler Adams. Fil-91 minuta gowl ta’ Evanilson għal Bournemoth ma kienx ikkonvalidat bil-VAR sabiex fis-97 minuta Leeds
United kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ SEAN LONGSTAFF li għeleb lil Dorde Petrovic għat 2 – 2 finali.


