Lokali

AĠĠORNATA: Persuna l-isptar splużjoni ta’ ċilindru tal-gass f’garaxx fl-Imsida

Persuna kellha tittieħed l-isptar b’urġenza wara nar li ħakem garaxx fl-Imsida.

Il-każ seħħ fi Triq il-Kunċizzjoni, ftit wara d-9am.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li kien hemm persuna li ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-assistenza medika.

Jidher li n-nar żviluppa minn xi appliances li kien hemm f’dan l-istess garaxx.

Il-każ qed jiġi investigat, filwaqt li membri tas-CPD assiguraw li n-nirien jiġu kontrollati.