Lokali

AĠĠORNATA: Raġel fil-periklu tal-mewt wara splużjoni ta’ ċilindru tal-gass f’garaxx fl-Imsida

Ritratt: Bernie Dimech

Persuna kellha tittieħed l-isptar b’urġenza wara nar li ħakem garaxx fl-Imsida, kaġun ta’ splużjoni ta’ ċilindru tal-gass.

Il-każ seħħ fi Triq il-Kunċizzjoni, ftit wara d-9am, fi blokka residenzjali.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li kien hemm raġel li ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-assistenza medika. Aktar tard, kien konfermat li hu sofra feriti serji, u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fil-post fejn jidher li kienu splodew xi ċilindri tal-gass.

Il-każ qed jiġi investigat, filwaqt li membri tas-CPD assiguraw li n-nirien jiġu kontrollati.