Sport

Riżultati tajbin minn weightlifters Maltin

Tliet weightlifters Kim Camilleri Lagana’ , Roberta Tabone u Tenishia Thornton irrapprezentaw lil Malta fil-Kampjonati tal-Ewropa tal-Weightlifting f’Batumi fil-Georgia. Kompetizzjoni li serviet ukoll għal fażi ta’ kwalifika għa-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow.

Kim Camilleri Lagana’ fil-kategorija 53 kilo refgħet 72 kilo fis-snatch u 96 kilo fil-clean and jerk għal total ta’ 168 kilo fejn temmet fil-ħames post fil-grupp.

Roberta Tabone fil-kategorija 63 kilo kellha l-aħjar riżultat tal-karriera meta refgħet 87 kilo snatch u 115 clean and jerk li huwa record nazzjonali biex temmet fis-sitt post fil-klassifika ġenerali u fit-tieni post fil-grupp b’total ta’ 202 kilo.

Ritorn mill-aqwa f’kompetizzjoni internazzjonali għal Tenishia Thornton li impressjonat bi 92 kilo snatch u 115 il-kilo clean and jerk. Thornton temmet fit-tieni post fil-grupp u għamlet żewġ records nazzjonali fis-snatch u fit-total.

It-tim se jkompli bil-preparazzjoni għall-aħħar kompetizzjoni ta’ kwalifika qabel il-Logħob tal-Commonwealth li għandha ssir fl-Ingilterra bejn is-16 u 17 ta’ Mejju.