Għall-kuntrarju ta’ dak li qed tgħid il-Ministru Miriam Dalli, huma propju l-Ministri Laburisti li mhux qed jaqblu fid-dikjarazzjonijiet tagħhom b’rabta mas-sussidji tal-enerġija.
Fil-fatt, lura f’Settembru tal-2023, waqt li kien qed jiddiskuti l-Budget, Clyde Caruana kien iddikjara b’mod ċar illi s-sussidji ma jistgħux jibqgħu għal dejjem – għax jikkawżaw ineffiċjenza.
Iżda, minn naħa tagħha Miriam Dalli qed tgħid li Gvern Laburista qatt ma ddikjara li s-sussidji huma short-term. Meta fil-verità, kien il-kollega tagħha Clyde Caruana illiddikjara li s-sussidji mhux għal dejjem.
Bid-dikjarazzjoni li għamel Clyde Caruana, il-maskra tal-Gvern Laburista waqgħet għal kollox hekk kif dan ikkonferma, li fil-fatt, li s-sussidji ma jistgħux jibqgħu jingħataw għal dejjem – dikjarazzjoni li tkisser ukoll il-propagadna sħiħa li mbarka fuqha il-Partit Laburista fl-aħħar jiem, bil-billboards fit-toroq u messaġġi kontinwi fuq il-media soċjali. Meta fil-verità, huwa l-Labour li qed ippoġġi dubju fuq il-vijjabbilta tas-sussidji.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-PN Alex Borg qed itenni bl-aktar mod ċar illi hija “gidba li l-Partit Nazzjonalista hu kontra s-sussidji.”
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li bi Gvern immexxi minnu l-prezzijiet tad-dawl, ilma u fuel mhux se jkunu qed jiżdiedu, wegħda ċara u prijorità assoluta għall-Partit Nazzjonalista.
Huwa sostna li n-nies iridu enerġija li tista’ sserraħ fuqha u Gvern li jaħseb fit-tul – dan filwaqt li fakkar x’seħħ tul is-sjuf li għaddew, qtugħ tad-dawl, dlam, negozji u familji sħaħ isofru fis-sħana tremenda.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li f’dak li għandu x’jaqsam enerġija, iżda mhux biss, ma tistax tistenna kriżi sabiex taġixxi imma trid tħejji u tippjana – tinvesti sa minn qabel sabiex tilqa’ għal dak li jista’ jseħħ.
Alex Borg sostna li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qiegħed jinvesti ferm aktar fl-enerġija rinovabbli fejn fakkar kif preżentament taħt din l-amministrazzjoni fil-Gvern u dawk preċedenti fl-aħħar 13-il sena, Malta tagħmel l-inqas użu mill-enerġija rinnovabbli. Dan minkejja li l-elementi tax-xemx, riħ u baħar li għandna madwarna.
Huwa spjega li Gvern ġdid Nazzjonalista jsaħħaħ id-distribuzzjoni sabiex sajf ieħor ta’ din il-kriżi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-pajjiż jeħtieġ politika serja, sostenibbli, li tħares li tipproteġi lill-familji u lill-ambjent.
//= $special ?>
