Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu (0915hrs), fi Triq Andrea Debono, Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyora Auris misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Naxxar u mutur Peugeot Django misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Naxxar.
It-tieni inċident ġara għal ħabta ta’ l-għaxra nieqes għaxra ta’ filgħodu (0950hrs), fi Triq Reġjonali, Santa Venera. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan misjuqa minn mara ta’ 71 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 35 residenti s-Swieqi.
Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn ix-xufiera tal-muturi ta’ 42 sena u ta’ 35 sena, ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

