SWIEQI U. ……………….. 1
BIRŻEBBUĠA SP ……….. 1
(Birżebbuġa rebħu 7-6 bil-penalties)
Swieqi U: T. Aquilina (K. Ellul Ruggier), B. Hili (M. Micallef), J. Aguilar, P. Fenech, K. Leonardi, I. Davey (D. Agius), S. Okoh, Z. Barbara (K. Okle), L. Okeke, A. Caseres, A. Attard (L. Mattocks).
Birżebbuġa SP: J. Azzopardi, J. Bolanos, M. Azzopardi, H. Vella Genovese (J. Walker), M. Xuereb, D. Mosquera (C. Charles), P. Lapira (J. Scerri)(J.R. Vella), Z. Cassar, L. Agius, A. De Souza Silva, D. Zerafa.
Referee: Philip Farrugia
Birżebbuġa kisbu promozzjoni storika għall-Kampjonat Premier wara li għelbu lil Swieqi 7-6 wara l-għoti tal-penalties wara li sa 120 minuta l-iskor kien ta’ 1-1.
Il-logħba tat l-aqwa tagħha fl-ewwel siegħa fejn l-intensita’ kienet waħda kbira, iżda mal-ħin il-logħba bdiet tnaqqas mir-ritmu. Birżebbuġa kienu deċiżament aħjar fl-ewwel taqsima fejn wettqu reazzjoni tajba wara li sofrew goal kmieni.
Mal-ħin il-logħba kienet iktar maqsuma u Swieqi temmew id-disgħin minuta aħjar mill-avversarji. Il-ħin barrani ma kien hemm xejn denju ta’ nota biex finalment kienu l-penalties li ddeċidew il-promozzjoni.
Quddiem folla rekord il-logħba kellha bidu ferm kwiet biż-żewġ naħat attenti għal xulxin sakemm fis-seba’ minuta l-logħba ħadet il-ħajja meta r-referee ordna penalty favur Swieqi wara kuntatt fil-kaxxa bejn Bolanos u Caseres, u wara li l-azzjoni kienet ikkonfermata bl-FVS, kien l-eks player ta’ Valletta Zak Barbara li skorja mill-11-il metru.
Reazzjoni mmedjata minn Birżebbuġa li resqu qrib fl-14-il minuta bil-goalkeeper ta’ Swieqi jwettaq save stipend fuq xutt ta’ Lapira u mir-reboundix-xutt ta’ De Souza destinate għal ġewwa kien imblukkat minn difensur quddiem il-lasta.
Fit-18-il minuta daqqa ta’ ras ta’ Zerafa minn azzjoni ta’ korner bil-ballun imur ftit barra. F’nofs l-ewwel taqsima Edgar Degabriele kien kostrett jagħmel l-ewwel bidla meta weġġa’ Hubert Vella u minfloku daħal Jacob Walker.
Fit-28 minuta Birżebbuġa kisbu draw meritat meta minn azzjoni ta’ korner kien Daniel Zearaf li bir-ras fuq l-ewwel lasta xeħet fix-xibka. Fis-37 minuta xutt mid-distanza ta’ Mosquera u Aquilina salva megħjun mill-mimduda.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima bidla sfurzata anki għal Swieqi wara li weġġa’ l-goalkeeper Timothy Aquilina u minfloku daħal il-goalkeeper ta’ 20 sena Kierin Ellul Ruggier. Fil-11-il minuta ta’ ħin miżjud kontrattakk ta’ Birżebbuġa, mibdi minn Mosquera u mitmum minn Lapira li xeħet barra minn qagħda ideali.
It-tieni taqsima fetħet b’ċans tad-deheb għal Birżebbuġa bix-xutt ta’ De Souza jkun salvat bis-sieq minn Ellul Ruggier. Ftit wara fuq in-naħa l-oħra Leonardi jispara għoli minn qagħda ideali. Fis-57 minuta xutt ta’ Barbara salvat mill-goalkeeper ta’ Birżebbuġa Azzopardi.
Il-logħba fit-tieni taqsima daħlet f’fażi pjuttost kwieta u nieqsa minn dik l-intensita’ tal-ewwel taqsima. Kwarta mit-tmiem ċans tad-deheb għal Swieqi bix-xutt ta’ Leonardi b’xi mod salvat mid-difensur Miguel Azzopardi.
Il-logħba marret għall-ħin barrani iżda t-timijiet kienu taw kollox fl-ewwel siegħa tal-logħba biż-żewġ naħat jibżgħu li jagħmlu dak l-iżball li jikkundanahom. Fil-bidu tat-tieni taqsima ċans għal Birżebbuġa wara azzjoni ta’ De Souza iżda Agius xeħet barra mill-viċin.
L-iskor baqa’ ma nbidilx biex il-promozzjoni kellha tkun deċiża bil-penalties. Kienu Birżebbuġa li bdew is-serje permezz ta’ De Souza li skorja, filwaqt li Paul Fenech ra x-xutt tiegħu salvat minn Aquilina. Daniel Zerafa ta t-tieni penalty u skorja b’xutt bomba u l-istess għamel Aguilar għal Balzan.
Charles ta t-tielet penalty ta’ Birżebbuġa u xeħet inkredibilment barra u Kian Leonardi għamel l-iskor indaqs. Matthew Xuereb skorja r-raba’ penalty ta’ Birżebbuġa u l-istess għamel Casares qabel il-ħames u l-aħħar penalty.
Jacob Walker skorja l-penalty tiegħu u anki Kojo Okle biex is-serje tal-penalties kompliet. Joey Reno Vella skorja għal Birżebbuġa u Michael Micallef wieħeb għal Swieqi. Agius skorja s-seba’ penalty u l-istess għamel Daniel Agius. Zachary Cassar skorja t-tmien penalty iżda Samuel Okoh xeħet il-penalty tiegħu għoli biex Birżebbuġa kisbu l-promozzjoni
//= $special ?>

