HIBERNIANS…………….2
MOSTA…………………..0
Hibernians: C Branescu, A. Silas, K. Shaw, L. Caruana (A. Diakite 78’), M.Felicio Carvalho (K. Halabaku 84’), B. Kristensen, D. Xuereb, D. Bonnici (S. Akinbule 84’), P. Nunes Silva, C.Dos Santos
Mosta: D. Udoh, M. Bolanos (A. Kozic 64’), N. Portelli, G. Goncalves, K. Zammit, J. Dias, C. Emmanuel (O. Eikwu-Ojo 70’), Y. Oderinde, A. Cacho, J. Vassallo (N. Agius 76’), L. Fernandes
Referee: Glen Tonna
Hibernians assiguraw posthom fil-Premier b’rebħa ta’ 2-0 fuq Mosta FC, grazzi għal doppjetta tal-Brażiljan Miullen.
Hibernians iddominaw il-logħba u fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta Miullen approfitta minn rebound wara xutt ta’ Mendonca. Mosta kellhom ftit tentattivi, iżda naqsu milli jkunu perikolużi b’mod konsistenti, filwaqt li Hibs baqgħu joħolqu aktar okkażjonijiet, inkluż xutt ta’ Kristensen li laqat il-lasta.
Fit-tieni taqsima, Miullen għalaq il-logħba fit-52 minuta wara azzjoni oħra ta’ Mendonca. Wara dan, Hibernians ikkontrollaw il-vantaġġ, filwaqt li Mosta kellhom aktar pussess iżda ftit ċansijiet ċari.
Ir-rebħa tikkonferma s-salvazzjoni ta’ Hibernians, filwaqt li Mosta issa jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli ħafna biex jevitaw ir-relegazzjoni.
//= $special ?>

