Edukazzjoni Lokali

IL-KONTROVERSJA DWAR IL-HW: “Jista’ jkun li l-għalliema ma ndunawx, u insew li kellhom email”

Hekk kif il-Minsitru Clifton Grima ħabbar li se tkun qed issir riforma fejn jidħol il-homework għall-istudenti, bosta għalliema ddikjaraw li huma qatt ma kienu kkonsultati dwar dan. Filwaqt li anke spjegaw li ma ngħataw l-ebda linji gwida dwar kif it-tnaqqis tal-homework se jkun qiegħed isir.

Net News staqsa lill-Ministru Clifton Grima dwar dak li qed jgħidu l-għalliema. Ċioè, li ma ġewx ikkonsultati. Fejn il-Ministru iddikjara illi huma l-ġurnalisti li huma żbaljati. Bil-Ministru tal-Edukazzjoni jispiċċa jgħid illi jista’ jagħti l-każ li l-għalliema ma ndunawx jew nesew li kien hemm ċirkolari sabiex l-edukaturi jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Ministru, l-edukaturi qed jibqgħu jinsistu li ma saritx konsultazzjoni diretta mal-għalliema b’rabta ma’ din is-suppost riforma fil-homework. Tant li anke l-ġenituri ma jafux eżatt kif se taħdem din il-bidla, u kif se taffetwa lil uliedhom.