Lokali

Il-Kunsill Laburista ta’ Ħal Għaxaq kiser il-liġi biex iħalli lill-Ministru Owen Bonnici jindirizza ‘Jum Ħal Għaxaq’

Is-Sindku Laburista ta’ Ħal Għaxaq Karl Boxall qabad u sejjaħ laqgħa b’urġenza ILLUM sabiex jippermetti lill-Ministru Owen Bonnici jindirizza serata li se ssir illum.

Fil-fatt, illum stess wara nofsinhar, is-Sindku sejjaħ din il-laqgħa b’urġenza għat-3pm.

Il-kunsillier Nazzjonalista Stephen Attard spjega li hu kellu jitlaq mil-laqgħa, għax ried jimxi mal-liġi – u din il-laqgħa b’urġenza, skont il-liġi, kellha issir wara l-5pm. Dan apparti l-fatt li ftit ġimgħat ilu, il-Kunsill kien diġa’ qabel fuq min kellu jindirizza ‘Jum Ħal Għaxaq’.

Fis-17 ta’ Marzu, fil-fatt, kien ġie deċiż fil-Kunsill li f’Jum Ħal Għaxaq jitkellem biss is-Sindku Laburista u l-kappillan. Iżda wara, saret pressjoni kbira biex ikun hemm xi ħadd mill-Gvern jindirizza din l-attività li suppost hija elevata minn kull partiġġjaniżmu politiku.