“Gvern ġdid Nazzjonalista ikompli jinvesti fl-edukazzjoni sabiex jinħoloq aktar għarfien dwar ix-xogħol fl-assikurazzjoni”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt żjara li għamel fl-uffiċini tan-National Insurance Brokers Limited.
Mal-wasla tiegħu fil-binja il-kap tal-Partit Nazzjonalista intlaqa’ mill-Finance Director, Antoine Portelli u l-Managing Director Judith Galea li dawwruh mal-uffiċini fejn iltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu f’oqsma ta’ assikurazzjoni relatati ma’ saħħa, djar, dgħajjes, u kummerċ fost l-oħrajn.






F’laqgħa li kellhom mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, id-diriġenti tal-kumpanija iddiskutew numru ta’ temi relatati mas-servizzi finanzjarji u l-assikurazzjoni. U elenkaw ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw – fosthom dawk tar-riżorsi umani, compliance u burokrazija.
F’kummenti lil Net News, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista faħħar il-ħidma tal-kumpanija u stqarr li gvern immexxi minnu jassigura li jkompli joħloq aktar opportunitajiet ta’ impjieg f’dan is-settur.
Min-naħa tagħha, il-Managing Director ta’ National Insurance Brokers, Judith Galea spjegatilna x’jinvolvil-operat tal-kumpanija.
Għal din iż-żjara il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers Graham Bencini u Beppe Fenech Adami u l-kandidat tal-PN David Pace Ross.
//= $special ?>

