Sport

Ir-raba’ edizzjoni tat-Tournament Internazzjonal tal-Badminton

Fil-Kumpless tal-Isport tal-Kottonera, Badminton Malta organizzat ir-raba’ edizzjoni tat-Tournament Internazzjonali mifrux fuq erbatijiem ta’ kompetizzjoni tal-għola livell u li jagħmel parti miċ-ċirkwit ta’ Badminton Europe. B’kollox ħadu sehem aktar minn 100 plejer ta’ livell internazzjonali li kien fattur li għen bil-bosta fl-iżvilupp ta’ atleti Maltin.

Il-finali offrew dominju mill-aktar plejers seeded fejn Dominik Kwinta tal-Polonja rebaħ is-singles tal-irġiel filwaqt li Prakriti Bharath tal-Emirati Għarab Mgħaquda rebħet is-singles tan-nisa . Robin Harper u Harry Wakefield tal-ingilterra rebħu d-doubles tal-irġiel filwaqt li Orla Flynn u Siofra Flynn tal-Irlanda rebħu d-doubles tan-nisa. Il-Mixed Doubles intrebħet minn Dhiren Ayyappan u Taabia Khan tal-Emirati Għarab Mgħaquda.

Il-parteċipazzjoni Maltija kienet waħda pożittiva fejn Nigel Degaetano u Lauren Azzopardi fil-partita ta’ kwalifika rebħu kontra avversarju mill-Greċja 16-21, 21-19, 21-17 filwaqt i success simili kellhomMatthew Galea u Elenia Haber.

Fil-Main Draw f’kompetizzjoni tal-ogħla livell wirja mill-aqwa minn Matthew Abela fir-Rawnd ta’ 32 singles u fuq l-istess livell il-wirja minn Samuel Cassar.