Ingħata bidu għat-30 edizzjoni tal-Visit Malta International Tour of Malta organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu b’parteċipazzjoni ta’ numru sabiħ ta’ ċiklisti Maltin kif ukoll internazzjonali.
It-Tour ta’ Malta sar wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju tal-isport Malti, fejn jipprovdi opportunità ideali liċ-ċiklisti lokali biex jikkompetu ma’ parteċipanti barranin f’pajjiżhom stess.
F’din l-edizzjoni parteċipazzjoni ta’ klabbs lokali kif bosta timijiet,barranin u ċiklisti mir-Renju Unit, l-Italja, Franza, il-Kolombja u Spanja. Fost il-parteċipanti ewlenin hemm Gemma Mitchell ta’ FTP Racing Team
tar-Renju Unit , rebbieħa tal-kategorija tan-nisa s-sena li għaddiet.
Illum fl-ewwel ġurnata saret il-prova individwali kontra l-ħin fuq medda ta’ 10 dawriet ta’ 1.11 kilometru kull dawra.
Għada tellieqa fit-triq fuq iċ-ċirkwit ta’ 7.84 km minn Golden Bay – San Martin. Iċ-ċiklisti elite jagħmlu 8 dawriet, filwaqt li n-Nisa uml-Masters jagħmlu 7 dawriet.
Il-Ħadd issir it-tellieqa finali fit-triq fuq iċ-ċirkwit ta’ 5.41 km fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Iċ-ċiklisti elite jagħmlu 12-il dawra, filwaqt li n-Nisa u l-Masters jagħmlu 10 dawriet.
//= $special ?>

