Internazzjonali

Iżrael: Netanyahu jinsab f’kundizzjoni ‘eċċellenti’ wara t-trattament għall-kanċer

Ritratt: BBC

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, informa lill-pajjiż li jinsab ‘f’kundizzjoni fiżika eċċellenti’ wara l-pubblikazzjoni ta’ rapport mediku anwali li żvela li kien tneħħielu tumur mill-prostata.

Netanyahu qal li t-tobba kienu sabulu t-tumur wara li sarlu kirurġija ta’ rutina u meta t-tumur kien għadu fi stadju bikri.

Intant, il-Prim Ministru għadda mill-intervent meħtieġ u li, fi kliemu, aċċertalu fejqan sħiħ.

Netanyahu, li għandu 76 sena, kien talab apposta biex  l-aħbar dwar l-istat ta’ saħħtu  tinżamm lura għal xi ġranet u waqt l-eqqel tal-gwerra li pajjiżu u l-Istati Uniti qed jiġġieldu, bħalissa, mal-Iran.

Hu qal li dan sar apposta biex l-Iran ma jkunx f’pożizzjoni fejn ixerred il-propaganda falza u qarrieqa dwar Iżrael.