Lokali Mużika

Kim Wilde, Bonnie Tyler, Culture Beat, La Bouch u Dj Prezioso jiftħu l-istaġun sajfi  fis-Summerlust Festival f’Ħal Għaxaq

Ghaxaq Music events għal darb oħra ser ikunu qegħdin itellgħu l-kunċerti Summerlust Music Festival f’Ħal Għaxaq li se jerġa’ jkun maqsum fuq tlett ijiem., nhar il-Ġimgħa 15, il-Ġimgħa 22 u s-Sibt 23 ta’ Mejju. Bħalissa kif wieħed jista’ jimmagina għaddejjin l-aħħar preparamenti biex kollox ikun lest u dan il-festival jitgawda fil-qalba  tar-raħal ta’ Ħal Għaxaq, propju f’Għaxaq Grounds biswit il-pjazza ewlenija.

Is-separju jiftaħ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju permezz ta’ waħda mill-iktar vucijiet maħbuba ta’ tmenijiet, Kim Wilde li tant kisbet suċċessi fil-karriera tagħha. Kim Wilde se tkun qed tagħti spettaklu ta siegħa u nofs fejn żgur ser issemmagħna l-aqwa suċċessi tagħha fosthom Keep on hanging on, Kids in America, You Came, u l-kanzunetta tant maħbuba Cambodia. Qabel Kim Wilde ser ikun hemm warm up mis-disk Jockeys Maltin, Alex Grech u Pierre Cordina li żgur ser izommu lil udjenza fuq ix-xwiek għal dak li jkun ġej. Jiftħu s-serata l-grupp Different Minds waqt li jkun hemm closing set ta’ Dj Ziggy.

Imbagħad gimgħa wara, il-Ġimgha 22 ta’ Mejju, dawk kollha preżenti ser ikunu jistgħu jiddevertu flimkien mal-kantanta leġġendarja Bonnie Tyler li wkoll se tagħti spettaklu tant mistenni permezz tas-suċċessi eterni tagħha Total Eclipse of the Heart, it’s a heartache u I need a hero. Bonnie Tyler l hija magħrufa għal vuci tipika tagħha, ukoll se tagħti spettaklu ta’ siegħa u nofs. Qabel Bonnie Tyler ser ikollna lil Glenn Vella flimkien mal-band tieħu fejn se jagħtu spettaklu wkoll Gaia u Matt Black. Jiftħhu s-serata l-Grupp Project waqt li Dj Sue tagħlaq is-serata b’after party li jkun mistenni.

Dawk kollha li għadhom ma xtrawx il-biljetti tagħhom għal dawn iż-żewġ serati impekkabbli li ser jiftħu l-istaġun sajfi, jistgħu jagħmlu dan billi jżuru www.showshappening.com. L-organizzaturi habbru ħkoll li wara rispons tajjeb mill-isponsors u anke għajnuna min entitajiet governattivi, ser jiftħu area fejn id-dħul isir mingħajr ħlas fejn izda tintalab donazzjoni b’risq Dar Bjorn. Dan iwassal li dawn il-kunerti ser ikunu miftuħin b’xejn ghal-familji Maltin u Għawdxin.

Dan kollu ser iwassal ghar-serata finali, nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju fejn ser isir is-Summerlust 90’s Edition, serata li tant tkun mistennija mill-poplu Malti specjalment dawk li jhobbu l-muzika ta’ snin 90. Din is-sena ser ikollna maghna l-artisti internazzjonali Culture Beat, La Bouch u Marvin u Andrea Prezioso. Maghhom jinaghqdu id-disk jockeys Maltin, Ryan Spiteri, Tenishia u DJ Rubi..

Bħalma ġara fis-snin li għaddew, matul dan il-festival ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet għal għaqdiet differenti. Din is-sena, il-festival ser jittella’ b’risq Dar Bjorn.  Fis-snin imgħoddija gabru ‘l fuq min €70,000

Għal aktar dettalji u informazzjoni nħeġġukom iżżuru l-paġna ta’ Facebook Summerlust Music Festival li tiġi aġġornata minn ġurnata għal oħra. Dan il-festival qiegħed isir taħt il-patroċinju distint tal-Kunsill Malti għall-Arti, Festivals Malta u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.