Lokali

“Kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Għawdxin kollha” – Alex Borg

Ritratt: Martin Agius

“Gvern immexxi minni jagħti serħan il-moħħ lill-Għawdxin kollha u joffri opportunitajiet għal kwalita ta’ ħajja aħjar”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Alex Borg meta l-Ġimgħa filgħaxija ndirizza laqgħa f’Għawdex, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem.

Alex Borg, fid-diskors tiegħu, tenna li l-iskop ta’ din l-attivita kien propju biex il-Partit Nazzjonalista jisma u jkompli jibni l-viżjoni għal Għawdex. Stqarr li wieħed għandu jħossu kbur li jgħix f’Malta u Għawdex. U tenna lu Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti serħan il-moħħ li joffri kwalita ta’ ħajja aħjar.

Huwa stqarr li Gvern ġdid Nazzjonalista jiggarantixxi li jibni sptar ġdid f’Għawdex li joffri servizzi għal kull min jiġi bżonnhom.

Dwar il-konnettivita bejn Malta u Għawdex, il-Partit Nazzjonalista jibni flotta denja billi jagħmel użu tal-fondi Ewropej.

U b’rabta mal-VAT Alex Borg tenna li Gvern Nazzjonalista jnaqqas ir-rata tal-VAT għar-restoranti minn 18% għal 7%.

Matul din il-laqgħa, id-Deputat Nazzjonalista Chris Said tenna li Alex Borg jaf eżatt x’għandu bżonn Għawdex. U għalhekk ġaladarba jkun Prim Ministru jwaqqaf Kunsill Reġjonali li jiġi elett mill-Għawdxin.

Il-kandidat Frank Anthony Tabone stqarr li li Gvern ġdid Nazzjonalista, verament se jkun qed joffri kwalita ta’ ħajja aħjar. U l-kandidat Luke Said tkellem dwar il-bżonn ta’ aktar investiment fis-sistema edukattiva ta’ Għawdex u l-infrastruttura.

Il-kandidat tal-PN Beppe Galea tkellem dwar il-ħtieġa ta’ konnettivita aħjar bejn Malta u Għawdex, filwaqt li l-kandidat Norma Camilleri tkellmet dwar l-importanza li jsir investiment f’sistema li tagħti opportunita lit-tfal kollha b’abilitajiet differenti.

Fl-istess attività, Philip Spiteri, li ġej mis-settur tat-turiżmu tenna li Għawdex mhuiex joffri turiżmu ta’ kwalità minħabba l-isfidi marbuta mal-infrastruttura.

Matthew Grech tkellem dwar il-housing affordabbli u tenna li l-prezzijiet tal-propjeta qed ikomplu jogħlew; sfida kbira li qed tolqot direttament liż-żgħażagħ.

Paulina Said tkellmet dwar il-ħtieġa ta’ aktar għażla ta’ xogħlijiet għall-persuni b’diżabilita f’Għawdex

Dan filwaqt li Margaret Spiteri semmiet kif il-poplu Għawdxi jeħtieġ li jiġi moqdi b’servizzi aħjar fl-irħula.

Joseph Mercieca li ġej mis-settur tat-turiżmu faħħar il-proposta tal-PN biex inaqqas ir-rata tal-VAT fuq ir-restoranti.

Apparti minn hekk, Stefan Caruana tkellem dwar il-ħtieġa ta’ aktar edukazzjoni fit-toroq tagħna b’rabta ma’ ċikliżmu u sports ieħor.