Diplomatiku ewlieni Żvediż li kien iservi bħala rappreżentant speċjali għas-Sirja qed ikun akkużat bil-pussess mhux awtorizzat ta’ dokumenti klassifikati li setgħu spiċċaw f’idejn qawwa barranija b’detriment għas-sigurtà nazzjonali.
Il-prosekuturi qalu li d-diplomatiku kien ukoll suspettat dwar it-trasferiment ta’ dokumenti klassifikati lil eks-politiku Żvediż.
Dan meta l-informazzjoni fid-dokumenti kienet sensittiva għall-aħħar u meta hu illegali li persuna bl-istess responsabbiltà bħall-imputat teħodhom id-dar magħha.
Qed jingħad li d-diplomatiku abbuża mid-doveri tiegħu meta ħa din l-informzzjoni klassifikata miegħu id-dar u mingħajr awtorizzazzjoni ‘minn fuq’.
Madankollu, l-indikazzjonijiet kollha huma li d-diplomatiku aġixxa b’dan il-mod mingħajr xi intenzjoni biex iservi l-interessi ta’entità barranija għall-iskaptu tal-Iżvezja.
//= $special ?>

