Lokali

Nirien jaħkmu scrapyard fl-Imqabba

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Il-Protezzjoni Ċivili infurmat lill-pubbliku li qed twettaq operazzjoni sabiex jiġu kkontrollati nirien li ħakmu scrapyard fl-Imqabba.

Il-Protezzjoni ċivili appellat lill-pubbliku sabiex jevita l-akwati tal-madwar minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurta – hekk kif bħalissa Membri tal-Protezzjoni Ċivili qed iwettqu operazzjoni mill-aktar delikata sabiex jintfew in-nirien u jiġi evitat kull periklu.

Residenti li jgħixu f’lokalitajiet fil-viċinanzi bħall-Imqabba u ż-Żurrieq qed jiġu avżati sabiex iżommu l-bibien u t-twieqi magħluqin bħala prekawzjoni mid-duħħan u l-foga kkawżati min-nirien. Finalment il-Protezzjoni Ċivili ħeġġet lill-pubbliku sabiex isegwi l-istruzzjonijiet li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għan-nirien u jekk indarbux persuni.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej