Futbol Sport

Nottingham Forest b’rebħa kbira fl-Istadium of Light biex ikomplu jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni

Nottingham Forest b’rebħa stupenda fuq Sunderland fl-Istadium of Light, bit-Tricky Trees jiksbu tlett punti importanti ħafna biex ikomplu jkabbru d-distakk minn maż-żona ‘l ħamra.

Il-ħames gowls li skorjaw se jkunu fundamentali anke f’każ li r-relegazzjoni tiġi ddeterminata mid-differenza fil-gowls.

Nottingham Forest jidru li qabdu l-forma fil-mument perfett hekk kif qed jissieltu kontra r-relegazzjoni u bħalissa jidher li jinsab f’pożizzjoni tajba, u apparti minnhekk il-ġimgħa d0dieħla se jkunu qed jilagħbu l-ewwwel leg tal-UEFA Europa Conference League kontra Crystal Palace.

Tkompli l-forma impekkabli ta’ Morgan Gibbs-White, li wara l-hattrick li skorja l-ġimgħa l-oħra, illum skorja u pprovda assist lil Igor Jesus għar-raba gowl. Elliot Anderson ikkonkluda l-partita bil-ħames gowl fil-95 minuta.

Forest jiftħu l-iskor wara 17-il minuta minn auto-gowl ta’ Hume, Woods jirdoppja fil-31 inuta u Morgan Gibbs-White u Jesus jiskorjaw fl-34 u fis-37 minuta rispettivament. Sunderlnnd skorjaw fil-61 minuta minn Ballard, pero l-gowl ma kienx validu.