Lokali

Sorsi mill-ħabs jiżvelaw li instabu żewġ każi ta’ priġunieri pożittivi għall-kokaina

Net News jinsab f’pożizzjoni illi jiżvela li fl-aħħar sigħat kien hemm żewġ każi ta’ priġunieri pożittivi għad-droga.

Fil-fatt, numru ta’ qraba żvelaw magħna kif jinsabu inkwetati għall-fatt li dan kollu inżamm mistur. Dan apparti li kien hemm min wera l-frustrazzjoni tiegħu. “Basta jgħidu li bl-iscanners u bla drogi”, qaltilna mara li tkellmet magħna dalgħodu.

Skont sorsi oħrajn, hemm 3 priġunieri li bagħtuhom f’Division 6.

Mhux magħruf eżatt fejn instabu l-każijiet pożittivi.

Li nafu żgur hu li dawn kienu każijiet ta’ testijiet li immarkaw pożittivi għall-kokaina.