Lokali

Ħidma biex ikun hemm aktar ugwaljanza fis-settur maritimu

Il-WISTA hija assoċjazzjoni li taħdem kontinwament biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur marittimu li huwa settur tradizzjonalment iddominat mill-irġiel. U huwa propju għalhekk li l-Women’s International Shipping & Trading Association, qed tkun impenjata wkoll biex tneħħi l-istigma assoċjata ma’ dan is-settur.

Matul din il-ġimgħa, Sarah Bajada ltaqgħet ma’ membri tal-amministrattiv ta’ din l-assoċjazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista biex tifhem aħjar il-kisbiet ta’ din l-assoċjazzjoni u l-isfidi li għadu jaffaċja dan is-settur; li jibqa’ prijorità għall-Partit Nazzjonalista.

Alexia Fenech, il-President ta’ din l-assoċjazzjoni flimkien ma’ Martina Farrugia, il-Viċi President u t-teżorier Pauline Micallef tkellmu dwar l-isfdi li jsibu in-nisa biex ikunu promossi fis-settur marittimu.

Sarah Bajada min-naħa tagħha tenniet l-importanza li n-nisa ikunu viżibli f’dan is-settur tant importanti.

Ix-Shadow Minister tas-Settur Maritimu Ivan Castillo saħaq li hawn ħafna nisa li għandhom potenzjal u għarfien kbir f’dan is-settur.

Hu tenna li Gvern ġdid Nazzjonalista joħloq assoċjazzjoni għal dan is-settur flimkien ma’ Ministru li jkun iddedikat għal dan is-settur.