Id-Direttur Ġenerali tal-istamperija tal-Gazzetta tal-Gvern, wieħed mill-aktar dipartimenti sensittivi f’elezzjoni ġenerali qed jikser ir-regoli tas-servizz pubbliku dan hekk kif qed jorganizza avvenimenti politiċi tal-Ministru Jonathan Attard.
Dan ġie żvelat minn The Shift News fejn intqal li Osvaldo Pace jifforma parti mit-tim tal-kampanja elettorali tal-Ministru Jonathan Attard.
L-istamperija tal-Gazzetta tal-Gvern hija meqjusa bħala dipartiment ferm kritiku minħabba l-irwol li għandha fl-elezzjonijiet ġenerali ċioe li tistampa u tirċievi numru ta’ dokumenti uffiċjali li huma meqjusin bħala sensittivi.
Skont l-artiklu, ftit tal-ġimgħat ilu Pace kien preżenti waqt attività li ġiet organizzata mill-Ministru Jonathan Attard għall-canvasers kif ukoll għat-tim tal-kampanja elettorali.
Jidher ukoll li s-Segretarju Permanenti Tony Sultana ġie infurmat b’din is-sitwazzjoni iżda s’issa ma tittieħdet l-ebda azzjoni fil-konfront ta’ Pace minkejja li r-regolamenti huma ċari hekk kif jingħad li persuni fis-servizz pubbliku għandhom iżommu newtrali fix-xena politika. B’dawn ir-restrizzjonijiet huma ferm aktar stretti għal dawk li jokkupaw il-kariga ta’ Direttur Ġenerali bħal Osvaldo Pace.
//= $special ?>

