Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jattendi l-maratona b’risq Hospice Malta

Tgħinna ?

Dan huwa titlu tal-maratona ġbir ta’ dondi b’risq Hospice Malta, li bdiet fil-11 ta’ filgħodu u tasal fi tmiema fil-11 ta’ filgħaxija.

Bl-għan ta’ din il-maratona jkun biex jinġabru l-flus ħalli din l-organizzazzjoni tkompli tagħti iktar għajnuna paljattiva lill-persuni li jbagħtu minn kanċer terminali, problemi tal-qalb, tal-kliewi u anka tal-fwied fost oħrajn.

Il-Hospice Malta tagħti għajnuna ħolistika kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-familji tagħhom kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. U waqt il-maratona kienu diversi persuni li attendew biex jagħtu l-kontribut tagħhom fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li saħaq li mnalla jkun hemm organizzazzjonijiet bħal Hospice Malta li huma mpenjati biex joffru għajnuna ħolistika lill-pazjenti tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn Sarah Bajada, li spjegat li kull persuni li tagħti d-donazzjoni tagħha anka jekk żgħira tkun qed tagħmel differenza kbira.

Il-Maratona tal-Hospice saret f’St Michael Hospice, Sta Venera li huwa l-ewwel kumpless ta’ servizzi paljattivi f’Malta.