Konferma ċara illi fadal sal-2041 sabiex pajjiżna jara l-ewwel linja ta’ rapid transit system kompluta.
F’telefonata li kellu fuq Campus FM ma’ Andrew Azzopardi, il-Ministru Chris Bonett ikkonferma illi fadal sal-2041 sabiex il-LaVallette line – l-ewwel linja ta’ rapid transit system – tkun kompluta.
Wara 10 snin ta’ wegħdi, il-Gvern għadu qed jistudja sabiex issir ir-rapid transit system f’pajjiżna. Fil-fatt, l-istudji ġeotekniċi se jkunu qed isiru fis-27 ta’ April u fl-4 ta’ Mejju ta’ din is-sena, u għalhekk wara 10 snin ta’ wegħdi minn Gvernijiet Laburista.
Fil-fatt, fl-2016, l-issa eks Ministru Laburista Joe Mizzi kien ħabbar strateġija nazzjonali għat-trasport, bil-għan li jsir Master Plan sal-2025, ċioè sena ilu…trasport tal-massa magħruf bħala Mass Rapid Transit.
Imbgħad, ftit tax-xhur qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, jiġifieri fl-2021, il-Ministru Ian Borg, dak iż-żmien responsabbli mit-Trasport ħabbar il-Malta Metro minn Pjazza, Tritoni b’nefqa ta’ kważi nofs miljun ewro…b’tinda, pompi u wegħdiet.
Biex sentejn wara l-istess Gvern Laburista qal li fil-verità rrealizza li dak il-proġett ma kienx vjabbli.
U issa, il-Ministru tat-Traffiku, Chris Bonett, ħabbar mill-ġdid sistema ta’ rapid transit system – bid-differenza illi r-rotta se tinkludi rotta taħt l-art, fuq l-art u anke aktar elevanta, għaddejja minn fuq il-karozzi.
Li fl-intervistà li saret is-Sibt filgħodu kkonferma, li se tkun qed tieħu sal-2041 biex titlesta, dan dejjem, jekk kollox imur sew – kif propju spjega l-Ministru Chris Bonett
//= $special ?>

