Id-diskussjonijiet għall-paċi li kellhom isiru bejn l-Istati Uniti u l-Iran tħassru, dan b’ritaljazzjoni għall-imblokk li ordna Trump fuq il-portijiet Iranjani.
Il-laqgħat kellhom isiru nhar it-Tlieta iżda issa tħassru minn naħa tal-Iran hekk kif l-Iranjani jemmnu li dan il-pass kien wieħed ta’ insistenza kontrihom.
Trump, irċieva talba mill-Pakistani sabiex jestendi l-waqfien mill-ġlied u jagħti ċans lill-Iranjani biex jistabilixxu l-pjan tagħhom għall-waqfien mill-ġlied.
Intant, Steve Witkoff u Jared Kushner għandhom jivjaġġaw lejn il-Pakistan aktar tard matul il-jum iżda l-esperti għandhom dubju kbir dwar x’se jirnexxielhom jiksbu dawn iż-żewġ rappreżentanti Amerikani.
//= $special ?>

