Futbol Sport

Roma jirbħu u jibqgħu b’ċans li jikkwalifikaw għal post fil-UEFA Champions League

Ritratt EPA.
Ritratt EPA.

Roma jibqgħu b’ċans li għad jistgħu jikkwalifikaw għall-UEFA Champioms League tal-istaġun li ġej meta l-bieraħ għelbu lil Bologna f’konfront li kienu qed jilgħabu barra minn dahrom. L-Olandiz, Donyell Malen poġġa lil Roma minn fuq wara seba’ minuti logħob. It-tieni gowl ta’ Roma kien skorjat fl-ewwel taqsima, meta fil-ħin miżjud fit-tmiem tal-ewwel taqsima, il-Marokkin, Neil El Aynaoui skorja l-gowl li aċċerta mir-rebħa ta’ Roma f’ Stadio Renato Dall’Ara.

F’aktar logħob li kelna l-bieraħ is-Sibt, Parma għelbu lil Pisa 1-0 b’gowl skorjat disa’ minuti mit-tmiem tal-konfront mill-Franċiz, Nesta Elphege.

Fil-konfront ta’ filgħaxija, Verona u Lecce temmew f’draw ta’ mingħajr gowls li żgur ma jikkuntenta lil ħadd mit-tnejn hekk kif iż-żewġ timijiet jinsabu f’periklu ta’ relegazzjoni.