Waqt l-attaki li seħħew fl-Ukrajna, fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, minn tal-inqas inqatlu seba’ persuni .. fosthom ħamsa fil-belt ċentrali ta’ Dnipro, fejn uffiċjali qalu li ntlaqat bini residenzjali.
Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li l-attakki damu kważi l-lejl kollu, filwaqt li sas-Sibt filgħodu, t-team tas-salvataġġ kien għadu qed ifittxu nies taħt it-tifrik.
Missili u drones Russi laqtu wkoll il-belt ta’ Chernihiv, kif ukoll Odesa u Kharkiv.
L-awtoritajiet Ukreni qalu li rnexxielhom iwaqqfu l-maġġoranza ta’ aktar minn 600 drone Russu, f’dak li jidher li kien wieħed mill-akbar attakki fl-aħħar jiem.
//= $special ?>

