Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-1900, fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn
Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Imqabba u mutur KTM misjuq minn
Taljan ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar.


Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejji