Futbol Sport

Chelsea fil-finali kontra Man City wara rebħa fuq Leeds

Ritratt EPA.
Ritratt EPA.

Chelsea għaddew għall-finali tal-FA Cup wara rebħa minima ta’ 1-0 fuq Leeds United f’Wembley, f’partita bilanċjata u intensiva. Il-gowl deċiżiv wasal fit-23 minuta meta Enzo Fernández sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras preċiża wara cross tajjeb ta’ Pedro Neto, biex ta vantaġġ kmieni lill-Blues.Chelsea kienu aħjar fl-ewwel taqsima u dehru aktar organizzati, iżda Leeds irreaġixxew tajjeb wara l-mistrieħ u tefgħu pressjoni qawwija fit-tieni taqsima.

It-tim ta’ Daniel Farke ħoloq diversi okkażjonijiet, iżda sab lil Robert Sánchez f’forma mill-aqwa, bil-gowlkiper ta’ Chelsea jagħmel saves importanti biex żamm il-vantaġġ tat-tim tiegħu.Leeds ippruvaw sal-aħħar biex isibu l-gowl tad-draw, iżda d-difiża ta’ Chelsea żammet soda f’mumenti kruċjali. B’din ir-rebħa, Chelsea issa assiguraw post fil-finali tal-FA Cup fejn se jiltaqgħu kontra Manchester City fis-16 ta’ Mejju, f’konfront li jwiegħed spettaklu ieħor kbir.