“Maghna ser jahdem kulhadd. Il-PN miftuh ghal kulhadd. Il-PN huwa ta’ kulhadd”
Saħaq dan il-Kap tal-PN Alex Borg hekk kif beda’ jindirizza lil dawk preżenti fir-Rabat Għawdex – B’Alex Borg jisħaq li ma’ Gvern Nazzjonalista kulħadd ser jimxi ‘l quddiem – għax l-interess tal-PN mmexxi min Alex Borg huwa l-Malti u L-Għawdxi.
Intant Alex Borg beda’ billi fakkar kif kienet il-gzira Għawdxija minn fejn beda’ il-vjagg politiku tieghu – U kien għaw fejn irringrazzja lill-Għawdxin b’mod speċjali għal mod kif kienu miegħu tul dawn is-snin…U li tawh is-sostenn.
Apparti min hekk feraħ wkoll għall-aħbar li l-Belt Victoria ser tkun il-Belt Kapitali Ewropea…U stqarr kif taħt tmexxija ta’ Kunsill Nazzjonalista r-Rabat baqa’ jissaħħaħ fuq il-mappa tal-Ewropa. B’Alex Borg jisħaq kif dan huwa eżempju ċar ta kif Ghawdex għadu qed igawdi mill-vizjoni ta’ Gvern Nazzjonalista – Vizjoni ta’ meta Malta fl-Unjoni Ewropea.

Alex Borg tkellem wkoll fuq ix-xogħol fil-Gżira għawdxija u kif hu, jekk il-poplu jgħatih il-fiduċja – jassigura li Gvern Nazzjonalista jissalvagwardja x-xogħol u l-għejxien tagħhom – filwaqt li enfasizza li ħadd mhu ha jispicca barra min xogholu – għaliex ix-xogħol huwa dritt fundamentali.
Izda, il-Kap tal-PN qal li Gvern mmexxi minnu ser ihares aktar minn hekk – b’ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalita f’Ghawdex. Dan fost wiegħda għal aktar investiment fosthom f’kumpaniji internazzjonali sabiex jiġu żgurati opportunitajiet ghall-Ghawdxin.
Tant li semma’ kif kien wkoll preżenti f’diskussjonijiet mal-kumpanijja internazzjonali GOOGLE sabiex tibda titwitta t-triq ghall-kumpaniji ta’ dan il-livell sabiex jigu jifthu f’pajjizna.
Intant Alex Borg qal wkoll li n-negozji joffru l-opportunitajiet lil ħaddiema – U għalekk iridu jaħdmu flimkien. B’Alex Borg jisħaq li lil-businesses iz-zghar, Gvern Nazzjonalista ser inkun qed jeliminalhom l-burokrazija żejda sabiex jkunu f’pozizzjoni li jistghu jimpjegaw l-aqwa haddiema.
Fost il-proposta fit-tnaqqis tal-VAT għall-istabbilimenti tal-cathering għal 7 fil-mija.
Bil-Kap tal-PN ifakkar li biex il-haddiem jimxi l-quddiem, l-imprenditur irid jinvesti – U huwa ghalhekk li Gvern Nazzjonalista ser jissaportja lil haddiem u lil imprenditur.
Apparti min hekk Alex Borg fakkar wkoll kif issa li ninsabu ftit biss il-bogħod min Elezzjoni Ġenerali – Robert Abela, issa qed taqbad taħarqu qalbu għal Għawdex…u kien għaw fejn fakkar li Labour f’Ghawdex wieghed il-hafna u wettaq ftit.
B’Alex Borg kompla jisħaq li bhala Prim Ministru hu jwettaq il-vizjoni tieghu ghall-Ghawdex; Vizjoni li tinkludi: Sptar gdid, Flotta gdida ta’ vapuri u tkabbir tal-Port tal-Imgarr fost l-oħrajn.
Intant Alex Borg għalaq billi saħaq li l-Partit Nazzjonalista mhux perfett, imma fil-passat sar hafna u hafna gid…kien għaw wkoll fejn anke talab skuza ghal dawn in-nuqqasijiet tal-passat.
Madanakollu filwaqt li saħaq li perfett hadd qatt ma kien – wiegħed li mal-PN jahdem kulhadd u kif Gvern Nazzjonalista jkun ta’ kulhadd.




