“It-tama għall-futur aħjar jistgħa joffriha biss il-Partit Nazzjonalista.”
Hekk stqarr il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Edmund Cuschieri waqt li kien qed jindirizza l-attivita QRIB TAGĦKOM fejn tenna li hemm bżonn bidla fid-direzzjoni u l-mudell ekonomiku tal-pajjiż. Stqarr li din hija l-ewwel darba se jkun qed jivvota għall-Partit Nazzjonalista. Cioe l-istess partit li tah l-opportunita sabiex ikompli jikber u jimraħ fil-mixja politika tiegħu.
Edmund Cuschieri tenna li kien wasal f’punt f’ħajtu fejn ma setax ikompli jappoġġja lill-Partit Laburista għax fil-fehma tiegħu ma baqax jintgħaraf u ġie maħtuf minn klikka ta’ nies li bdew jaraw l-interessi tagħhom u mhux il-ġid nazzjonali. Partit li nnormalizza l-mentalita ta’ “Aħtaf li tistgħa mbagħad naraw.” Partit li bejn dak li jgħid u jagħmel hemm baħar jaqsam. Stqarr li taħt il-Gvern ta’ Roberta Abela kuljum jfeġġ xi skandlu ġdid – affarjiet li saru kważi parti min-normalita.
Tenna li pajiżna għandu bżonn bidla fid-direzzjoni u l-mudell ekonomiku tal-pajjiż. Stqarr li l-Partit Nazzjonalista tah opportunita jkompli jikber fil-mixja politika tiegħu. Qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista tagħti tama għall-futur. Viżjoni mibnija fuq il-meritokrazija.
Edmund tenna li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalist tpoġġi lill-Malta l-ewwel u qabel kollox. U dak hu proprju li jagħmel lill-Partit Nazzjonalista daqsekk glorjuż. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija waħda li tagħti tama għall-futur aħjar liż-żgħażagħ.
//= $special ?>

