Il-Ministru Clyde Caruana qed jhedded li jirriżenja jekk il-Gvern ta’ Robert Abela jibqa’ għaddej romblu fuq il-proġett tat-trasport tal-massa.
Dan hekk kif għal darba oħra – mhux lest jikkommetti ruħu bi sħiħ wara b’xeba pompa ġiet imbuttata idea oħra tal-Labour dwar it-trasport tal-massa….tant li qal li jekk il-Gvern jkun irid jibqa’ għaddej bil-proġett mingħajr il-benedizzjoni tiegħu… f’dik iċ-ċirkustanza, fi kliemu “imut Papa u jilħaq ieħor”.
Dan saħqu f’intervista mal-gazzetta MaltaToday – b’turija ċara kif għal darb oħra l-Gvern Laburista qed jkompli jidħaq bin-nies dwar it-trasport tal-massa.
Dan hekk kif lanqas il-Ministru tal-Finanzi ma hu ċert mill-vijabiltà tal-proġett li propona l-Ministru tat-traffiku Chris Bonett u l-Gvern tiegħu stess – tant li mingħajr ma qgħad jomgħodha ta’ x’jifhem li jekk ma jaqbilx iwarrab.
Fil-fatt din mhix l-ewwel darba li Clyde Caruana esprima x-xettiċiżmu tiegħu fl-apert dwar il-proġett tat-trasport tal-massa li l-Labour ilu jdawwar fih għal dawn l-aħħar 13-il sena.
Lura f’Settembru kien spiċċa jiżżufjetta bil-proposti tal-Gvern tiegħu stess u sejħilhom proposti tas-’silly season’..ċioe wiegħdiet fierħa li jsiru qabel l-elezzjoni ġenerali.
U minkejja li Bonnet qed jiprova jbiegħha lil Caruana li din l-idea hija waħda tajba…minn kliemu stess qiegħed jgħati x’jifhem li hu stess mhux konvint li din l-idea titwettaq mija fil mija.
Wara t-tielet konferenza tal-Gvern b’rabta ma idea tal-proġett tal-massa.. mal-ewwel opportunità li kellu biex jitkellem fuq l-idea ta’ Bonnet – Caruana kkonferma li xejn għadu mhu konkret…qalb studji u aktar studji. Tant li baqa’ jagħmilha ċara li jekk ma tgħaddix tiegħu jirreżenja.
Wara x-xettiċiżmu ċar tal-Ministru Clyde Caruana b’rabta ma’ dan il-proġett, il-Ministru Chris Bonett kien stqarr li l-istudji għadhom għaddejjin u huwa Caruana li jħoll u jorbot li jara x’mudell ekonomiku se jkun qed japplika – hekk kif issa, wara din l-intervista – kollox jindika li l-istudji ekonomiċi u kif se jwettqu l-proġett għadom fl-arja….u xejn ma huwa garantit.
Dan ifisser aktar stennija u ebda garanzija li fil-verità se nkunu qed naraw xi ħaġa – għaliex ix-xettiċiżmu huwa raġonevoli wara 13-il sena ta fantażiji u studji li qatt ma waslu mkien sabiex Malta jkollha sistema tajba ta’ trasport tal-massa għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
//= $special ?>

