Il-partiti tal-llum, mill-34 ġurnata tas-Serie A offrew ġurnata mimlija emozzjonijiet u riżultati importanti fil-ġlieda għat-titlu u għall-postijiet f’kompetizzjonijiet Ewropej. L-aktar partita li spikkat kienet dik bejn Torino u Inter, li ntemmet fi draw ta’ 2-2.
Inter dehru fi triqthom lejn rebħa komda wara gowls ta’ Marcus Thuram u Yann Bisseck, iżda rimonta minn Torino, b’gowls ta’ Giovanni Simeone u penalty ta’ Nikola Vlašić, ċaħdu lill-Inter minn rebħa.
Fil-partita l-aktar mistennija, Milan u Juventus temmew fi draw ta’ mingħajr gowls.
Fiorentina u Sassuolo, żewġ timijiet li jinsabu mat-tieni nofs tal-klassifika, ukoll kisbu punt kull wieħed f’draw ieħor li ma pproduċa ebda gowl.
Como komplew jaspiraw għall-akbar tragward tagħhom, dik li għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom jikkwalifikaw għal post f’kompetizzjoni Ewropea. Huma għelbu lil Genoa 2-0.
//= $special ?>

