Claudio Mallia ta’ 44 sena li huwa wieħed mill-erba’ Maltin li ġew arrestati f’rejd li sar fl-akwati tar-remissi fil-Marsa il-Ġimgħa, 24 t’April– inżamm arrestat wara li kien mixli b’pussess ta’ madwar 50 qratas maħsuba li kien fihom 40 gramma kokaina u eroina.
Ir-raġel, wieġeb mhux ħati għal pussess aggravat ta’ droga, kif ukoll li wettaq reat f’distanza ta’ inqas minn mitt metru minn post fejn jiffrekwentaw iż-żgħażagħ u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq żewġ każijiet pendenti fil-Qorti.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-Maġistrat Marse-Ann Farrugia ċaħdet it-talba tad-difiża, filwaqt li ordnat li r-raġel jiġi segwit minn uffiċjal tal-pulizija u ħarġet ukoll ordni temporanja ta’ superviżjoni.
//= $special ?>

