Lokali

Maratona Hospice Malta: Inġabbru €557,863

Il-maratona ġbir ta’ fondi Hospice Malta laħqet il-qofol tagħha l-bieraħ bil-lejl hekk kif inġabret is-somma sabiħa ta’ €557,863

Din is-somma li nġabret se tkun qiegħed tgħin din l-organizzazzjoni se tkompli tagħti iktar għajnuna paljattiva lill-persuni li jbagħtu minn kanċer terminali, problemi tal-qalb, tal-kliewi u anka tal-fwied fost oħrajn.

Il-Hospice Malta tagħti għajnuna ħolistika kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-familji tagħhom kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. U waqt il-maratona kienu diversi persuni li attendew biex jagħtu l-kontribut tagħhom fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li saħaq li mnalla jkun hemm organizzazzjonijiet bħal Hospice Malta li huma mpenjati biex joffru għajnuna ħolistika lill-pazjenti tagħhom.