“Irridu nagħtu tama għall-ħajja aħjar u futur aħjar. Il-Partit Nazzjonalista irid jerġa’ jkun il-mutur tal-ekonomija ta’ pajjiżna.”
Hekk stqarr is-Sindku tar-Rabat Għawdex, Brian Azzopardi meta kien qed jindirizza l-attivita QRIB TAGĦKOM.
Brian Azzopardi tenna li wieħed jipprova jħassar dak li għamel il-Partit Nazzonalista mhuiex sew. Kien il-Partit Nazzjonalista li ġab servizzi finanzjari u ġab setturi bħal avjazzjoni u l-Igaming u ddiversifika fil-qasam tat-turimu. Is-sindku tenna kif Gvern Nazzjonalista ħoloq ix-xogħol u wettaq il-ġid u żamm lill-Maltin jaħdmu f’pajjins. proġetti li jimpattaw lil poplu direttament.
Brian Azzopardi stqarr li Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jpoġġu fiċ-ċentru liċ-ċittadin – fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jibnu familja u jsiru sidien tad-darhom. Stqarr li l-vuċi tan-nies u l-qalb tal-poplu verament jgħaqdu nazzjon. Is-Sindku yemm jisħaq li dan hu l-mument li wieħed jerġa’ jifhem u jemmen li l-Partit Nazzjonalista hu l-preżent u l-futur li lest li jservi lill-pajjiżna.
//= $special ?>

