Jekk ir-rapid transit system li qed jipproponi l-Gvern ma twassalx għal aktar toroq sikuri u rħula fejn nistgħu nimxu fihom mingħajr ma nagħmlu użu tal-vetturi privati….għalfejn għandna nistennew li l-istess proġett imsemmi se jtejjeb il-kwalità ta’ ħajjitna?
Dan ingħad fl-editorjal tal-ġurnal Times of Malta bl-editur jistqarr kif minkejja li s-sistema tat-trasport li qed jipproponi l-Gvern qed tiġi ppreżentata bħala soluzzjoni għall-konġestjoni u l-ineffiċjenza, fit-toroq ta’ pajjiżna … wieħed xorta jistaqsi kif sistema bħal din tista’ verament tejjeb il-kwalità tal-ħajja jekk ma tnaqqasx l-użu tal-karozzi u toħloq spazji urbani aktar sikuri?
L-editur sostna kif il-preżent u l-futur ta’ pajjiżna huma bla dubju bbażati fuq l-ettriku u t-teknoloġija. U għalhekk sorsi ta’ enerġija diversifikati, espansjoni rinnovabbli u ħażna ta’ batteriji huma bżonnijiet essenzjali.
Kompla jgħid kif wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Boeg, xhur ilu kien propona li ssir sistema differenti tat-trasport tal-massa, minn dak propost fl-2021 mill-Labour… –
il-Gvern imexxi minn Robert Abela bħal donnu inqabad f’paniku u kellu joħroġ b’idea ridotta li tgħaqqad il-pajjiż min-naħa ta’ fuq san-naħa t’isfel.
L-editur insista li kull sistema tat-trasport trid tkun mifhuma min-nies u sservi wkoll ta’ benefiċċju. Ferrovija tista’ tkun effiċjenti, iżda l-ispiża għolja tagħha u l-impatt potenzjali fuq l-ispazji pubbliċi jeħtieġu benefiċċji ċari u konkreti.
Finalment huwa insista li lil’hinn mill-pompi u l-Intelliġenza Artifiċjali…dawn l-ideat għandhom ikunu bbażati fuq ir-realtà u kif verament, b’mod fattwali se jkunu qed jiggwadanjaw il-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>

