It-toroq ewlenin tal-Belt Valletta, Illum, imtlew fl-okkażjoni tal-festi marbuta mal-qaddis patrun tal-iscouts u l-guides – San Ġorġ.
Tant li għal sena oħra eluf attendew bejn scouts u guides li ħadu sehem fil-parata annwali fil-Belt.
Il-parata bdiet mill-Fosos tal-Furjana, imxiet tul Triq ir-Repubblika u spiċċat fi Pjazza San Ġorġ. U fost dawk preżenti fi Pjazza San Ġorġ – kien hemm l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Fil-parata ħadu sehem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts, dik tal-Girl Guides u l-Baden Powel Scouts Malta.
L-Assoċjazzjoni tal-Iscouts f’Malta twaqqfet fl-1908 u f’kummenti li tawna bosta ġenituri u tfal spejgaw li dawn it-tip ta’ għaqdiet, fihom titgħallem tesprimi ruħek.
Apparti min hekk kien hemm wkoll leaders li saħqu magħna kif dawk li huma parti, jsiru iktar kunfidenti fihom nfushom, indipendenti, u eventwalment isiru mexxejja iktar tajbin fix-xogħol u fil-ħajja personali tagħhom.
Mlibbsa bil-maktur u l-badges li jagħtu identità lill-uniformijiet, Beavers u Dolphins, Cubs u Brownies, Guides u Scouts, Ventures u Rangers, Rovers u Senior Rangers – mmexxija mill-leaders u l-mascots tagħhom – sellmu lill-President ta’ Malta,, biswit il-Palazz tal-President fi Pjazza San Ġorġ.
//= $special ?>

