Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fl-Imtarfa

Raġel ta’ 34 sena residenti Birkirakara indarab gravi wara li kien qed isuq mutur tal-għamla Talaria Sting u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 am fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, Mtarfa

Fuq il-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.