Il-Mexxej Laburista Robert Abela stqarr li, b’rabta mal-proġett tat-trasport tal-massa li mbotta din il-ġimgħa l-Ministru tat-Traffiku Chris Bonett, fi kliemu stess għad fadal ħafna affarijiet, fosthom jekk hux vjabbli finanzjarjament.
Fi kliem sempliċi, 13-il sena wara amministrazzjoni Laburista fil-Gvern…il-poplu Malti u Għawdxi l-unika ħaġa li ġie ppreżentat lilu b’rabta ma’ proġett ta’ tali xorta huma….kliem fieragħ u proġetti fl-arja.
Minkejja dan, f’intervista fuq is-Super One, Abela qal li huwa konvint mill-mudell.
Fl-istess għodwa li ġiet ippubblikata fuq il-gazzetta Malta Today theddida ċara minn naħa tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana b’rabta ma’ dan il-proġett….Abela saħansitra qal li ħa pjaċir jara x’qal l-istess Caruana.
13-il sena taħt Gvern Laburista, il-poplu Malti u Għawdxi ma jiflaħx iżjed għal kriżi tat-traffiku li hawn fil-pajjiż, kriżi li qed tqajjem ansjetà ġenerazzjonali – iżda minkejja dan l-inkwiet, skont Abela…l-istess tmexxija li fgat il-pajjiż…kapaċi tindirizza din l-isfida.
Robert Abela ssokta b’aktar inkonsistenzi f’dak li għandu x’jaqsam trasport din id-darba rigward il-Fast Ferry. Dan hekk kif wara kritika qawwija mill-Għawdxin li b’dan is-servizz mhux qed jinqdew b’mod adegwat a skapitu tat-turisti, il-Labour rikeb fuq l-idea li ħareġ biha l-Partit Nazzjonalista aktar minn sena ilu, ċioè li l-Għawdxin ikunu jistgħu jinqdew aħjar.
Iżda filwaqt li dan il-pass għadu biss fl-arja….Robert Abela testwalment qal li jinsab vera sodisfatt bis-servizz.
Il-Mexxej tal-Labour stqarr li l-Membri tal-Kabinett huma kredibbli, kompetenti u onesti man-nies. L-istess kabinett li ra diversi membri tiegħu jkollhom jirriżenjaw wara skandlu u falliment, wieħed wara l-ieħor.
Ironikament fl-istess waqt ħabbar tour tax-xogħol li qed isir fit-trakka f’Ħal Far….trakka li l-Ministru Clifton Grima u l-Gvern….aktar minn sena ilu kien qal li kollox kellu jitlesta f’Novembru tal-2025….ċioè kważi 6 xhur ilu.
Intant qalb attakki partiġjani pwerili, wieħed wara l-ieħor, Robert Abela sostna li Gvern immexxi minnu ħoloq impjiegi ta’ kwalità b’impjiegi maniġerjali, iżda r-realtà li kulħadd jgħix hi li ffoka fuq mudell ekonomiku ta’ kwantità u mhux ta’ kwalità.
Finalment b’rabta mal-enerġija għamilha ċara li mhux ġejjin żminijiet faċli, u insista li pajjiżna m’għandux riżorsi naturali….minkejja li għandna l-akbar riżorsi tal-enerġija rinnovabbli ċioè x-xemx, ir-riħ u l-baħar.
Bil-pajjiż għas-snin li ġejjin jibqa’ ‘l bogħod mill-enerġiji rinnovabbli, bil-poplu jibqa’ jiġi mitmugħ ideat fl-arja msejsa fuq pompi ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali u konferenzi tal-aħbarijiet bi spejjeż ta’ but il-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>

