Lokali Qorti

Xahrejn ħabs sospiżi għal Care Worker li darbet żewġt itfal

Care worker tilfet l-appell minn sentenza li fiha kienet ikkundannata xahrejn ħabs sospiżi għal sentejn talli fit-18 ta’ Settembru tal-2015 weġġhħet żewġt itfal f’Dar Fra Diegu fil-Ħamrun.

Donna Irene Zammit kienet akkużata li darbet ħafif żewġ minorenni u li għalkemm kellha l-jedd li twiddeb lil ħaddieħor ħarġet barra mill-qies bi ksur tal-liġi.

Fil-15 ta’ Jannar 2024 l-akkużata nstabet ħatja u kienet ikkundannata xahrejn ħabs sospiżi għal sentejn imma appellat billi baqgħet tinsisti li mhux veru li weġġgħat liż-żewġt itfal.

L-Imħallef Galea Sciberras ikkonfermat il-ħtija tagħha flimkien mall il-piena ta’ xahrejn ħabs li jidħlu fis-seħħ jekk tikkommetti xi reat fis-sentejn li ġejjin.