Lokali

Żewġt itfal ta’ 3 u 5 snin fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur f’Ħal Far

Żewġt itfal jinsabu fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur f’Ħal Far – Il-każ seħħ għal xi s-sagħtejn ta’ waranofsinhar u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti l-Isla, kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni laqat tifel ta’ 5 snin li kien qed isuq rota.

Fuq il-mutur bħala passiġġier kien hemm tifel ta’ 3 snin.

Intant it-tfal ingħataw l-għajnuna minn tim mediku, u ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu bi ġrieħi serji.

Minnufih kienet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea li fetħet inkjesta – Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.