Illejla, il-Labour se jkun qed isejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali fejn fost l-oħrajn fuq aġenda hemm l-approvazzjoni tal-kandidati għall-elezzjoni ġenerali.
Iżda dan kollu qed joħloq aktar rabja internament, għaliex hemm klikka li ma tridx li l-PL imur għal elezzjoni bikrija; minabba li jkun qed iwassal messaġġ ħażin ħafna. Imbgħad, hemm oħrajn li qed jagħmlu pressjoni biex l-elezzjoni tissejjaħ issa, b’mod immedjat.
Sorsi kkonfermaw ma’ Net News li hemm inċertezza kbira dwar dak li jrid il-Prim Ministru. Fejn ħafna qed jarawh li mhux kapaċi jiddeċiedi. U li jaf jispiċċa jkollu jċedi għal min irid imur malajr lejn elezzjoni bikrija.
//= $special ?>

