Roderick Galdes mhux aċċettat biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju.
Fil-laqgħa li għaddejja bħalissa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, l-eżekuttiv qed japprova aktar kandidati għal-lista ta’ kandidati Laburisti – u persuni li qegħdin preżenti f’din il-laqgħa qed jitkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw illi Roderick Galdes ma ġiex aċċettat biex jikkontesta l-elezzjoni ta’ 33 ġurnata oħra.
Galdes kien sfurzat jirreżenja wara numru ta’ skandli li fihom kien anke inkluż ħuħ.
L-eks Ministru li huwa magħruf li jikkandida ruħu fis-6 Distrett, kien sfurzat jirreżenja mill-kariga tiegħu wara li akkwista duplex penthouse, l-ispazju tal-arja għal 140,000 ewro.
Issa, ikkonfermata li lanqas il-partit tiegħu stess ma jridu fil-lista ta’ kandidati hekk kif l-eżekuttiv tal-Labour ma aċċettawhx bħala kandidat.
Sorsi minn ġewwa spjegaw li kienet propju Rosianne Cutajar li mmanuvrat fil-qalba tal-Labour sabiex Galdes ma jiġix approvat, u b’hekk tevita milli jikkontesta fid-distrett tagħha.
//= $special ?>

