Lokali Qorti

Appell miċħud fil-konfront ta’ raġel mixli li hedded liċ-“Ċaqnu”

Mark Cassar, ta’ 61 sena, falla fl-appell tiegħu biex tiiħassar kundanna relatata ma’ konfront kmieni filgħodu f’Diċembru 2023 ma’ Carmel Polidano, magħruf bħala “Iċ-Ċaqnu”. L-inċident seħħ f’San Pawl il-Baħar meta Cassar avviċina l-vettura ta’ Polidano, beda jagħti bil-ponn fuqha u li hedddu li “jaqtagħlu rasu”. Huwa kien akkużat li għamel theddid u kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti tal-ewwel istanza, Cassar kien immultat €100 u suġġett għal ordni ta’ protezzjoni ta’ sentejn favur Polidano. Fl-appell, huwa sostna li ma kienx hemm ilment validu mill-vittma, iżda l-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, ċaħdet dan l-argument u kkonfermat li r-rapport lill-Pulizija kien biżżejjed bħala kwerela skont il-liġi.

Cassar ammetta li kkonfronta lil Polidano u insultaħ, u qal li aġixxa minħabba xogħol ħażin fuq garaxxijiet tiegħu. Madankollu, il-Qorti qieset dan bħala prova ta’ atteġġjament aggressiv. Huwa sfida wkoll il-kundanna dwar ksur tal-paċi pubblika, iżda l-Qorti rrimarkat li xhieda indikaw li ħaddiema fuq il-post tħawdu bl-imġiba tiegħu, u li dan kien biżżejjed biex jikkostitwixxi ksur tal-paċi.

L-appelli kollha ġew miċħuda u s-sentenza oriġinali ġiet ikkonfermata.