“Dan huwa l-mument li nagħtu lil pajjiżna nifs ġdid.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg permezz ta’ filmat li ppubblika fuq il-midja soċjali wara li Robert Abela ħabbar elezzjoni bikrija li se ssir fit-30 ta’ Mejju li ġej.
Alex Borg qal li hu flimkien mal-Partit Nazzjonalista jinsabu lesti għal din il-kampanja elettorali u minn issa se tibda mixja ta’ tama u ta’ fiduċja f’Malta.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din il-mixja qed issir għal pajjiżna, għall-familji li jridu serħan il-moħħ, għal żgħażagħ li jixtiequ futur f’pajjiżna u għal dawk kollha li jixirqilhom aħjar.
//= $special ?>

