Robert Abela ħabbar elezzjoni bikrija – l-elezzjoni ġenerali se tkun qed issir fit-30 ta’ Mejju.
Dan wara li t-Tnejn waranofsinhar il-Mexxej Laburista reġa’għamel U-turn oħra, u wara li sostna li se jkun qed jagħmel leġiżlatura sħiħa….f’messaġġ lin-nazzjon sostna li se jinforma lil President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono biex ix-xolji l-Parlament u l-poplu jiġi msejjaħ għal vot.
Kemm-il darba Abela kien mistoqsi jekk hux se jkun qiegħed iħabbar elezzjoni bikrija, madanakollu huwa dejjem insista ripetutament li kien għad fadal sena għall-elezzjoni ġenerali u li kien se jsejjaħha skont l-interess nazzjonali.
U issa biddel id-diska totalment hekk kif iddeċieda li jmur għal elezzjoni ġenerali ftit aktar minn xahar ieħor bi skuża tal-politika internazzjonali u t-turbolenzi fir-Reġjun tal-Golf.
Dan imur totalment kontra dak li qal ftit tal-jiem ilu d-Deputat Mexxej Laburista u MEP Alex Agius Saliba meta qal li m’hemmx raġuni sabiex Abela jsejjaħ elezzjoni bikrija.
Agħar minn hekk imur kontra dak li qal il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras meta insista li jkun immatur li tissejjaħ elezzjoni bikrija minħabba din il-kwistjoni hekk kif spjega li deċiżjoni bħal din tixħet lil poplu minn kriżi għal oħra.
Għaldaqstant huwa ċar li l-qasma fil-Partit Laburista hija evidenti u b’hekk għal darboħra l-u-turn ta’ Abela xeħtet fi kriżi t-tmexxija tal-Labour.
//= $special ?>

