Fil-Brażil, ħaddiem tekniku tilef ħajtu waqt li kien qed jarma palk għall-kunċert tal-kantanta popolari Shakira.
Dan kellu jkun kunċert kbir bla ħlas, u kien pjanat li jsir f’Rio de Janeiro.
Nies tekniċi kienu ilhom ġimgħat jaħdmu fuq is-setup ta’ dan il-palk fuq il-bajja ta’ Copacabana. U eluf kienu mistennija jattendu biex isegwu x-show tal-kantanta Kolombjana fit-2 ta’ Mejju – kunċert li kien parti minn tour dinji.
//= $special ?>

