Lokali

Jesprimu tħassib dwar in-nuqqas ta’ pjan ċar b’rabta mal-istipendji

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers esprimiet tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ pjan ċar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istipendju ta’ “high priority” għall-istudenti.

Fi stqarrija huma spjegaw li waħda mill-aktar kwistjonijiet inkwetanti hija l-kundizzjoni li l-gradwati jkunu obbligati jaħdmu ma’ aġenzija tal-gvern wara l-istudji biex jibbenefikaw minn stipendju għola.

Hekk kif spjegat li din il-kundizzjoni tista’ tillimita l-għażla professjonali tal-gradwati u taffettwa ħażin is-settur, speċjalment fir-rigward tal-kontribut kruċjali tal-NGOs.

Għalhekk, l-assoċjazzjoni qed tipproponi sistema alternattiva li tgħaqqad kontabbiltà ma’ libertà professjonali. Dan sabiex il-gradwati jkunu obbligati jaħdmu fis-settur tal-ħidma soċjali għal perjodu definit, anke jekk mhux mal-gvern, inkella jkollhom iħallsu lura parti mill-istipendju.