Sport Sport Ieħor

Jiġi fi tmiemu l-kampjonat ewlieni

Swieqi Phoenix Nium, champions u rebbieħa tat-Tazza Nazzjonali

Rebħiet għal Swieqi u Birkirkara fl-aħħar jum

Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera saru l-aħħar żewġ logħbiet mis-Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fihom kien hemm rebħiet għaċ-champions Swieqi Phoenix Nium u Birkirkara. Swieqi rebħu lil Falcons 3-1. Swieqi rebħu l-ewwel set ferm kumbattut 26 għal 24 u t-tieni wieħed 25 għal 17. Madankollu tilfu t-tielet wieħed 25 għal 22 u rebħu l-aħħar set deċiżiv 25 għal 10.

Fil-partita l-oħra, Birkirkara rebħu lil Paola Executive Security wkoll bl-iskor ta’ 3-1. Paola, li kienu diġa’ matematikament relegati, rebħu l-ewwel set 25 għal 13. Madankollu tilfu t-tliet sets ta’ wara 25 għal 22, 25 għal 16 u 25 għal 22. 

F’Malta għalkemm il-kampjonat hu msejjaħ Super League huwa kkontestat biss minn ħames teams biss. Għalhekk fil-klassifika Swieqi għalqu b’31 punt, segwiti minn Flyers 22 punt, Falcons 21 punt, Birkirkara 14 -il punt u Paola fl-aħħar post b’żewġ punti biss. L-istaġun li ġej Paola jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni u flokhom ġew promossi Mgarr.  

Riżultati

Super League

Paola Executive Security vs Birkirkara VC 1-3 (25-13, 22-25, 16-25, 22-25)

Falcons vs Swieqi Phoenix Nium 1-3 (24-26, 17-25, 25-22, 10-25)

Under 15

Flyers vs Depiro Blue 2-3 (25-21, 23-25, 25-9, 21-25, 15-7)

Swieqi Phoenix Ninjas vs Birkirkara 2-3 (13-25, 25-21, 26-28, 25-18, 10-15) 

Depiro Gold vs Swieqi 0-3 (4-25, 18-25, 3-25)

Mgarr, champions tal-Ewwel Diviżjoni